28/08/2026
Qed infittxu lill-persuni li rċevew parti minn missierna!❤️
Fil-5 ta’ Ġunju 2026, missierna, Joe Sammut, ħalliena ta' bla ħsieb. Għalkemm ħajtu ttieħdet minna wisq kmieni, ġismu kien b’saħħtu biżżejjed biex inkunu nistgħu nagħtu l-organi tiegħu.
Għaldaqstant fis-6 ta’ Ġunju 2026, saru ħames trapjanti.
Qed niktbu dan il-messaġġ pubblikament biex nagħtu l-kunsens tagħna lil kull min irċieva wieħed mill-organi ta’ missierna biex, jekk jixtieq, jagħmel kuntatt magħna.
Din it-tfittxija m'għandha l-ebda interess ieħor partikolari, għajr għall-għan biss biex naċċettaw din is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha.
Missierna għadu jgħix - f’xi ħadd ieħor.
U xi ħadd ieħor għadu jgħix - grazzi għal missierna.
Jekk int, jew xi ħadd li taf, irċieva organu fis-6 ta’ Ġunju 2026, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Irridu biss niltaqgħu miegħek.
Nisimgħu l-istorja tiegħek.
Inkunu nafu li parti minn missierna għadha hawn.
Jekk jogħġbok xerred (agħmel share) dan il-post.
Qatt ma taf għand min jista’ jasal u tkun qed tgħin lilna bħala familja u l-memorja tal-għażiż Missierna!
Grazzi ❣️
Anthea Sammut Helen Sammut Christian Sammut Jurgen Sammut