Festa Għeneb fis-Siġġiewi

Directions Contact the business

Festa Għeneb fis-Siġġiewi The event is organized in close cooperation with local associations and businesses. This event will be in aid of id-Dar Tal-Providenza. Don't miss it!

Is-Sibt 12 ta' Settembru 2026 mis-6.00pm 'l quddiem fi Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi 🍇 Din l-attivita’ ser issir bl-appoġġ finanzjarju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, ir-Reġjun Punent u l-MTA. Festa Għeneb fis-Siġġiewi - Il-Ħadd 18 ta' Settembru mis-6.00 pm 'il quddiem fi Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi

After the absence of 3 years due to the pandemic, the Siġġiewi Local Council is once again organising the Festa Għeneb (Grapes Festival) – a unique, family-oriented event aimed at sharing the enjoyment and appreciation of the annual local vendemmia (grape harvest) from vineyards situated in Siġġiewi. Boasting more than 530,000 square metres of vines, Siġġiewi is the locality with the highest number of vineyards. An estimated 400 families from Siġġiewi are directly involved in the planting and upkeeping of various types of vines. This year's edition will be held on Sunday 18th September from 6.00 p.m. till late, and will feature:

- Exhibiting and wholesaling of local grapes and grape products including many wine varieties.
- Tasting and wholesaling of traditional Maltese specialities such as Maltese bread (ħobż biż-żejt), Maltese platters with various Maltese products, traditionally cooked pork, ice-cream, prickly pears (bajtar tax-xewk) etc.
- Artisan and art exhibition.
- Traditional folk singing (makkjetti) and live entertainment. See you on the 18th September in Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi.

🍷 IR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI TAL-INBID! 🍇Inħabbru r-riżultati tal-Kompetizzjoni tal-Inbid tal-Festa Għeneb 2026! 🏆Gra...
15/09/2026

🍷 IR-REBBIEĦA TAL-KOMPETIZZJONI TAL-INBID! 🍇

Inħabbru r-riżultati tal-Kompetizzjoni tal-Inbid tal-Festa Għeneb 2026! 🏆

Grazzi mill-qalb lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni u qasam magħna l-prodott tiegħu. Il-parteċipazzjoni tagħkom tagħti valur lil din l-attività u tgħin biex inkomplu ngħollu u nippreservaw din it-tradizzjoni sabiħa.

👏 Prosit lir-rebbieħa kollha!
U prosit ukoll lil kull parteċipant għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu.

🍇 Fl-istess waqt, nixtiequ nagħtu awguri u ringrazzjament speċjali lil dawk kollha li jipproduċu l-inbid, li sena wara sena jkomplu jżommu ħajja din it-tradizzjoni u jgħadduha minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-produzzjoni tal-inbid mhijiex biss arti u sengħa, hija parti mill-kultura, mill-wirt u mill-identità tagħna.

❤️ Grazzi talli tkomplu żżommu din it-tradizzjoni ħajja.

🏆 Ir-rebbieħa li għadhom ma ġabrux it-trofew tagħhom jistgħu jagħmlu dan mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Prosit lir-rebbieħa u grazzi lil kulħadd!

Kunsill Lokali Is-Siġġiewi

15/09/2026

🍇 Il-Festa Għeneb 2026 għaddiet ukoll… imma jibqgħalna ħafna memorji. 🍇

Memorji ta’ avveniment ta’ suċċess, li warajh kien hemm xhur ta’ xogħol, ħsieb, koordinazzjoni, laqgħat, skrutinju ta’ ideat, koperazzjoni u, fuq kollox, impenn kbir.
Dan is-suċċess ma sarx waħdu. Huwa r-riżultat ta’ tim ta’ voluntiera li taw sigħat twal mill-ħin tagħhom, b’dedikazzjoni u entużjażmu, biex dak kollu li ppjanajna jkun jista’ jsir realtà.

Iżda fuq kollox, il-Festa Għeneb hija riżultat ta’ xogħol ta’ komunità. 🤝
Komunità magħmula mill-Kunsill Lokali, bil-kunsilliera, l-amministrazzjoni u l-ħaddiema tiegħu; mill-Parroċċa; mill-għaqdiet tal-lokal; mill-individwi u l-voluntiera; mill-negozji; mid-dilettanti tas-snajja u l-artiġjanat; mill-bdiewa u dawk involuti fl-agrikoltura; mill-produtturi lokali u nazzjonali; u minn tant nies oħra li b’xi mod jew ieħor taw il-kontribut tagħhom.

Kellna wkoll il-pjaċir nerġgħu niltaqgħu ma’ kuntatti minn pajjiżi oħra li magħhom konna qsamna esperjenzi fil-passat, kif ukoll mal-ħbieb tagħna mill-belt ġemellata ta’ Noto, li komplew isaħħu r-rabtiet u l-ħbiberiji tagħna lil hinn minn xtutna. 🇮🇹🇲🇹
U ma nistgħux ma nsemmux lil dawk l-individwi u organizzazzjonijiet li kkuntattjawna huma stess, għax xtaqu jkunu parti minn din l-esperjenza. Dan għalina huwa ta’ sodisfazzjon kbir u juri kemm il-Festa Għeneb qed tikber u ssir avveniment li jiġbed lejh nies minn kull qasam.

Aħna kburin u sodisfatti li din l-attività kienet rappreżentazzjoni ta’ dak kollu li aħna bħala komunità:
🍇 Snajja
🎭 Kultura
🌿 Tradizzjoni
🤝 Għaqda
❤️ Volontarjat u komunità

U fuq kollox, grazzi wkoll lil dawk kollha li ġew iżuruna. Intom ukoll kontu parti minn din l-istorja. Kull persuna li għażlet li żżurna, timxi fit-toroq tagħna, tgawdi l-attivitajiet, tappoġġja lill-parteċipanti u taqsam magħna din l-esperjenza, għenet biex il-Festa Għeneb tkun dak li kienet.

Intom ukoll parti minn din l-istorja.

❤️ GRAZZI. ❤️

Grazzi lil kull min ta sehmu, kbir jew żgħir. Grazzi lill-voluntiera, lill-parteċipanti, lill-għaqdiet, lill-produtturi, lin-negozji, lill-artisti, lill-viżitaturi u lil kull min għamel din il-festa possibbli.
Il-Festa Għeneb 2026 spiċċat… imma l-memorji jibqgħu. 🍇❤️
GRAZZI… u għal li jmiss! 🎉🍇

Kunsill Lokali Is-Siġġiewi
Dar Tal-Providenza Siggiewi

  2026Illejla 12/09 fi Pjazza San NikolaMis-6.00 ‘l quddiem
12/09/2026

2026
Illejla 12/09 fi Pjazza San Nikola
Mis-6.00 ‘l quddiem

Bdejna! Grazzi tal-kooperazzjoni ❤️
11/09/2026

Bdejna! Grazzi tal-kooperazzjoni ❤️

Bdejna nilqgħu l-inbid ghall-kompetizzjoni...Festa Gheneb 2026
09/09/2026

Bdejna nilqgħu l-inbid ghall-kompetizzjoni...
Festa Gheneb 2026

Grab your Festa Gheneb 2026 Reusable Cup against a donation. of 2Eur for Dar Tal-Providenza SiggiewiCollect all the 4 in...
09/09/2026

Grab your Festa Gheneb 2026 Reusable Cup against a donation. of 2Eur for Dar Tal-Providenza Siggiewi

Collect all the 4 in the set from the main bar during the event

FESTA GHENEB FIS-SIGGIEWI - 12th September 2026 - 6pm onwards

📢PRESS RELEASEIs-Siġġiewi jiċċelebra l-wirt agrikolu tiegħuFesta Għeneb 2026L-iktar lokalità li tipproduċi għeneb f’Malt...
07/09/2026

📢PRESS RELEASE
Is-Siġġiewi jiċċelebra l-wirt agrikolu tiegħu
Festa Għeneb 2026

L-iktar lokalità li tipproduċi għeneb f’Malta, b’iktar minn 530,000 metru kwadru ta’ dwieli, qed terġa’ torganizza avveniment tant mistenni li jiċċelebra l-produzzjoni ta’ din il-frotta u l-prodotti li joħorġu minnha. Matul is-snin, l-art għammiela tas-Siġġiewi u l-idejn beżlin tas-Siġġiwin għaġġnu din it-tradizzjoni qawwija ta’ dwieli, għeneb u inbid f’dan ir-raħal. U għaldaqstant, dawn il-bdiewa u produtturi tal-għeneb u l-inbid se jingħaqqdu sewwasew fi Pjazza San Nikola sabiex jesebixxu l-prodott tagħhom nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru filgħaxija.
Il-pubbliku Malti flimkien mat-turist li jżur pajjiżna se jkun jista’ jduq l-għeneb li jiġi kultivat f’pajjiżna; kemm dak ta’ razez indiġeni kif ukoll dawk barranin. Ma jistgħax jonqos li s-Siġġiewi jiċċelebra wkoll l-inbid li b’tant sengħa jiġi produċut anke fir-raħal stess. Se tkun lejla ta’ tradizzjoni Maltija fejn wieħed jista’ jsib ikel tradizzjonali Malti, inbid Malti, kompetizzjoni tal-inbid, wirja ta’ għodod agrikoli u karozzi klassiċi, żona għat-tfal, żona ta’ folklor u spettaklu ta’ kant u żfin fost l-oħrajn. Fi spirtu umoristiku, se jkun hemm sessjonijiet Fil-Kċina mas-Sindku, fejn is-Sindku se jkun qed jipprepara diversi platti ma’ persuni prominenti fis-Siġġiewi. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, se jkun hemm żona ta’ degustazzjoni tal-inbid fejn wieħed jista’ iduq diversi tipi ta’ inbid magħmulin minn produtturi ewlenin f’Malta. Fi spirtu ta’ inklużjoni, se jkun hemm Quiet Room fiċ-Ċentru Ċiviku għal dawk it-tfal li jinsabu fuq l-ispettru tan-newrodiverġenza.

Din l-attivita’ qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b’appoġġ tas-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u tar-Reġjun Punent. Id-dħul minn din l-attività se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-inbid jistgħu jirreġistraw fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi. Din hi kompetizzjoni għal dawk li jipproduċu inbid fi kwantitatjiet żgħar fid-djar tagħhom.

Għal iktar informazzjoni segwu l-paġna https://www.facebook.com/festagheneb

Siġġiewi Celebrates Its Agricultural Roots:
Festa Għeneb 2026

SIĠĠIEWI, MALTA — With more than 530,000 square meters of thriving vineyards, Siġġiewi proudly stands as Malta’s grape-growing capital. This year, the village is once again rolling out the red carpet for its most anticipated community celebration: Festa Għeneb 2026.
Over generations, Siġġiewi’s fertile soil and the dedication of its farmers have turned grape cultivation and w**emaking into a cornerstone of local identity. On Saturday evening, September 12, local farmers and artisans will take over St. Nicholas Square (Pjazza San Nikola) to showcase the very best of their harvest.
Locals and visitors alike will have the chance to sample an array of Malta-grown grape varieties, from time-honored indigenous breeds to popular international varieties. Naturally, the spotlight will shine brightly on locally crafted w**es produced right in the village.

The evening features a packed festival lineup:
• W**e Tasting Area: Back by popular demand after last year's standout success, offering curated pours from Malta’s leading vintners.
• Amateur W**e Competition: A spotlight on local talent for passionate home w**emakers (registration open at the Siġġiewi Civic Centre).
• "Cooking with the Mayor": Lighthearted live cooking sessions pairing the Mayor with prominent village personalities.
• Maltese Heritage & Culture: Traditional local food, vintage agricultural tool displays, classic car exhibits, and live folk music and dance performances.
• Family-Friendly Spaces: A dedicated kids' area, alongside an inclusive Quiet Room inside the Civic Centre tailored for neurodivergent children.

Organized by the Siġġiewi Local Council with the support of the Local Government Division and the Western Region, the festival also gives back to the community: all proceeds raised throughout the night will directly support Id-Dar tal-Providenza.

For updates, full schedules, and event details, follow the official page: facebook.com/festagheneb.

Is-Sibt 12 ta' Settembru 2026 mis-6.00pm 'l quddiem fi Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi 🍇 Din l-attivita’ ser issir bl-appoġġ finanzjarju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, ir-Reġjun Punent u l-MTA.

Got a Sweet Tooth? Join us for Festa Gheneb 2026 where we we will be hosting the Maxtar il-Ħelu food truck 🍬🍭🍩🍨🍦Join us ...
06/09/2026

Got a Sweet Tooth? Join us for Festa Gheneb 2026 where we we will be hosting the Maxtar il-Ħelu food truck 🍬🍭🍩🍨🍦

Join us on Saturday 12th September 2026 for a festival like no other
🍇 3 Music Stages
🍇 W**e tasting & Food Pairing
🍇 Traditional Local Food Stalls
🍇 Ample seating area
🍇 Artisan and Craft Market
🍇 Vintage Vehicles Exhibition
🍇 Kids' Area and 🎧 Quiet Sensory Room
🍇 Grape Expo
🍇 Home-made w**e competition
🍇 Open Kitchen
🍇 Birds of Prey
🍇 Maxtar il-Helu Food Truck

Organised by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi in aid of Dar Tal-Providenza Siggiewi

NEW! Join us for Festa Gheneb 2026 and visit the stall set up by 🦅🦉 Birds of Prey MaltaJoin us on Saturday 12th Septembe...
06/09/2026

NEW! Join us for Festa Gheneb 2026 and visit the stall set up by 🦅🦉 Birds of Prey Malta

Join us on Saturday 12th September 2026 for a festival like no other
🍇 3 Music Stages
🍇 W**e tasting & Food Pairing
🍇 Traditional Local Food Stalls
🍇 Ample seating area
🍇 Artisan and Craft Market
🍇 Vintage Vehicles Exhibition
🍇 Kids' Area and 🎧 Quiet Sensory Room
🍇 Grape Expo
🍇 Home-made w**e competition
🍇 Open Kitchen
🍇 Birds of Prey
🍇 Maxtar il-Helu Food Truck

Organised by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi in aid of Dar Tal-Providenza Siggiewi

Birds of Prey Malta - https://www.facebook.com/profile.php?id=61594049371913

Address

St Nicholas Square
Siggiewi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Festa Għeneb fis-Siġġiewi posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Festa Għeneb fis-Siġġiewi:

Shortcuts

Share