Għaqda 8 ta' Mejju - Marsaxlokk

Għaqda 8 ta' Mejju - Marsaxlokk Għaqda 8 ta' Mejju was founded on the 29th November 2006 and since its first day the main objective

𝗜𝘁-𝟴 𝘁𝗮’ 𝗠𝗲𝗷𝗷𝘂!Il-festa t-tajba lix-Xlukkajri u lid-devoti kollha tal-Madonna ta’ Pompei.Illum f’Marsaxlokk:👉11:15hrs: Q...
08/05/2026

𝗜𝘁-𝟴 𝘁𝗮’ 𝗠𝗲𝗷𝗷𝘂!

Il-festa t-tajba lix-Xlukkajri u lid-devoti kollha tal-Madonna ta’ Pompei.

Illum f’Marsaxlokk:
👉11:15hrs: Quddiesa bl-omelija li tintemm bit-talba tas-supplika f’nofsinhar
👉18:00hrs: Pellegrinaġġ Nazzjonali f’Xatt is-Sajjieda bit-talba tar-Rużarju. Wara Quddiesa solenni bil-kant tal-Antifona.

𝐓𝐨𝐫𝐭𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐆𝐛𝐞𝐣𝐧𝐢𝐞𝐭 𝐟𝐫𝐢𝐬𝐤𝐢Wara s-suċċess tat-torti tal-Lampuki, il-voluntiera tal-Għaqda qiegħdin jipreparaw ukoll torti ...
04/05/2026

𝐓𝐨𝐫𝐭𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐆𝐛𝐞𝐣𝐧𝐢𝐞𝐭 𝐟𝐫𝐢𝐬𝐤𝐢

Wara s-suċċess tat-torti tal-Lampuki, il-voluntiera tal-Għaqda qiegħdin jipreparaw ukoll torti tal-ġbejniet friski. Dawn it-torti isiru b’ordni minn qabel, u hemm żewġ qisien: c. 20cm x 13cm (€12) jew c. 30cm x 20cm (€20).

Min jixtieq jordna, jista’ jibgħatilna messaġġ privat.

𝐓𝐨𝐦𝐛𝐥𝐚 𝐤𝐛𝐢𝐫𝐚 ta’ San Girgor, b’risq il-Festa➡️Għada, fil-Pjazza ta’ Marsaxlokk
07/04/2026

𝐓𝐨𝐦𝐛𝐥𝐚 𝐤𝐛𝐢𝐫𝐚 ta’ San Girgor, b’risq il-Festa

➡️Għada, fil-Pjazza ta’ Marsaxlokk

L-Għaqda preparat aktar Torti tal-Lampuki 🐟 (iffriżati)!Dawk li jixtiequ jordnaw, jistgħu jagħmlu dan fuq www.bit.ly/lam...
20/01/2026

L-Għaqda preparat aktar Torti tal-Lampuki 🐟 (iffriżati)!

Dawk li jixtiequ jordnaw, jistgħu jagħmlu dan fuq www.bit.ly/lampukipies

L-Għaqda 8 ta’ Mejju tixtieq issellem il-memorja ta’ Michael Zahra li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Grazzi Mikiel tax-x...
07/01/2026

L-Għaqda 8 ta’ Mejju tixtieq issellem il-memorja ta’ Michael Zahra li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Grazzi Mikiel tax-xogħol kollu li għamilt b’risq il-komunità Xlukkajra, speċjalment għall-Festa tal-Madonna ta’ Pompei, u s-sapport li l-Għaqda sabet mingħandek.

Kondoljanzi lill-familja kollha.

Fadal ammont zghir ta gulbiena mkabbra. Jekk xi hadd jixtieq, jista jcempel fuq 79655684.
23/12/2025

Fadal ammont zghir ta gulbiena mkabbra. Jekk xi hadd jixtieq, jista jcempel fuq 79655684.

Bħall ma għamlet fis-snin li għaddew, l-Għaqda 8 ta’ Mejju qed terġa torganizza bejgħ ta’ ġulbiena mkabbra għal dan il-M...
07/12/2025

Bħall ma għamlet fis-snin li għaddew, l-Għaqda 8 ta’ Mejju qed terġa torganizza bejgħ ta’ ġulbiena mkabbra għal dan il-Milied.

👉Bookings jistgħu isiru direttament fuq www.bit.ly/milied2025 jew b’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook. L-ammont huwa limitat u l-bookings qed jittieħdu fuq bażi first come first served. Għal kull ġulbiena mkabbra qed tintalab donazzjoni ta’ €3

𝐋𝐚𝐪𝐠𝐡𝐚 𝐆𝐞𝐧𝐞𝐫𝐚𝐥𝐢 𝐀𝐧𝐧𝐰𝐚𝐥𝐢 𝟐𝟎𝟐𝟓L-Għaqda 8 ta’ Mejju tħabbar li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena 2025 ser issir nhar it-Tl...
25/10/2025

𝐋𝐚𝐪𝐠𝐡𝐚 𝐆𝐞𝐧𝐞𝐫𝐚𝐥𝐢 𝐀𝐧𝐧𝐰𝐚𝐥𝐢 𝟐𝟎𝟐𝟓

L-Għaqda 8 ta’ Mejju tħabbar li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena 2025 ser issir nhar it-Tlieta 4 ta’ Novembru fis-Sala Sant’ Andrija, fid-Dar Parrokjali fis-7pm.

Biex wieħed jattendi, għandu jara li jkun sar membru tesserat sa qabel ma tibda l-laqgħa. Il-miżata hija biss ta’ €10 għal adulti, €15 għal koppja u €7 għal żgħażagħ ta’ anqas minn 25 sena.

Nieħdu din l-opportunità sabiex napellaw lix-Xlukkajri jsiru membri tesserati tal-Għaqda u jattendu għal din il-laqgħa.

Fuq talba ġenerali, l-Għaqda ser ikollha aktar Torti tal-Lampuki 🐟 (iffriżati) fil-ġranet li ġejjin. Dawn ser ikunu b’do...
22/10/2025

Fuq talba ġenerali, l-Għaqda ser ikollha aktar Torti tal-Lampuki 🐟 (iffriżati) fil-ġranet li ġejjin. Dawn ser ikunu b’donazzjoni ta’ €12 jew €20.

Min jixtieq jista’ jordna direttament fuq www.bit.ly/lampukipies

𝐅𝐢𝐬𝐡 𝐅𝐞𝐬𝐭 𝟐𝟎𝟐𝟓Għada s-Sibt 20 ta’ Settembru ser tittella’ edizzjoni oħra tal-Fish Fest f’Marsaxlokk.Żur l-istand tagħna ...
19/09/2025

𝐅𝐢𝐬𝐡 𝐅𝐞𝐬𝐭 𝟐𝟎𝟐𝟓
Għada s-Sibt 20 ta’ Settembru ser tittella’ edizzjoni oħra tal-Fish Fest f’Marsaxlokk.

Żur l-istand tagħna u imla’ l-ħawsla b’ikel bnin mgħamul minn ħut frisk
👉🏼Torti tal-Lampuki
👉🏼Lampuki l-forn
👉🏼Salamun
👉🏼Fish & Chips homemade minn ħut lokali
👉🏼Fish bites

Nirringrazzjaw lill- Malta Food Agency, MFF Ltd u Azzopardi Fisheries Fish Shops tal-għajnuna tagħħom u lill-MAFA u s-Segretarjat Parlamentari għas-sajd, akwakultura u d-drittijiet tal-annimali tal-organizzazzjoni ta' din l-attivita' f'Marsaxlokk.

Wara l-attività ta’ għada filgħaxija, l-Għaqda 8 ta’ Mejju ser tibqa taċċetta ordnijiet għat-torti tal-Lampuki friżati. Biex tordnaw, tistgħu timlew din il-formola: www.bit.ly/lampukipies

Address

50, Triq Cicerun
Marsaxlokk

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda 8 ta' Mejju - Marsaxlokk posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Għaqda 8 ta' Mejju - Marsaxlokk:

Share